joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    3/10/2009

    IN-NANNU KARM

    In-nannu jien ftit niftakru nghid il-verita .Ghadda hafna zmien u ghalekk il-ftit memorji li kelli bdew jiccajpru.In-nannu Karm miet meta kelli xi seba snin. Kien ghadu mhux hazin ghaz-zmien li kellu u kien ghadu imur l-ghalqa jghin lil papa . Dak iz-zmien billi kien armel kien joqghod maz-zija Lorenza li kienet baqghet xebba.

    Darba minnhom kien mar l-ghalqa bhas-soltu u ghal habta ta nofsinhar gie mar id-dar bhas soltu biex jiekol.Iz-zija dak iz-zmien bhal hafna djar ohra kienet ghadha issajjar fuq l-ispiritiera tal-pitlorju .Kienu ghadhom ma dahlux il-cookers dak iz-zmien u nahseb li jekk kien hawn kienu jiswew hafna u iz-zija zgur li ma kelliex biex tixtri wiehed .Insomma jghidu li ix-xitan ma ghandux halib imma jghamel il-gbejniet. Gara li iz-zija kien spiccalha il-pitlorju u marret ghand wahda f'razzett ftit il-boghod biex tiddobba ftit min ghand wahda habiba. Din tatha ftit go flixkun tal-luminata u hi xhin marret id-dar imliet l-ispiritiera u halliet il-kumplament li kien baqgha gol flixkun fuq il-mejda fejn kienet qieghda issajjar. In-nannu x'hin gie id-dar kellu ghatx ta barri u kif ra dan il-flixkun tal-luminata qabdu ma halqu u f'nifs tefghu gewwa minajr ma induna li ma kienx luminata.Iz-zija dak il-hin ma kientx hemm u x'hin giet lura sabitu ma l-art ghax kien hassu hazin .

    Iz-zija ippruvat tghamel xi haga imma kien jidher li sejjer ghal aghar u marret malajr imwerwra, tghajjat lil papa li kien l-ghalqa u dak qabad il-karozza u harab isuq kemm jiflah lejn ir-rabat biex igib tabib .Dak iz-zmien ma kienx bhal lum ,ma tantx kien hawn tobba, u fuq kollox mid-dar sar-rabat dejjem ghandek ghoxrin minuta jew iktar .Sakemm mar sab it-tabib u giebu lura mieghu in-nannu kien qaleb ghal aghar u billi hadd ma kien ghadu induna li kien xorob il-pitlorju ,it-tabib haseb li kien xi attakk tal-qalb u minflok tah xi haga biex inaddaf l-istonku tah xi injection li kompliet bghatithu id-dinja l-ohra. X'hin iz-zija indunat li kien xorob il-pitlorju kien diga tard wisq.Fi zmien saghtejn kien mar fejn il-mulej .

        Fejn tobsor li kellu ihallina hekk kiesah u biered meta kien jidher ghadu daqshekk fuq tieghu.Kien xokk kbir ghal familja kollha u ghal dawk kollha li kienu joqghodu mad-dawra. Hekk kellu miktub fil-ktieb tad-destin .

    Dejjem niftakar jien meta kien jigi lura mil-ghalqa u kien joqghod bilqieghda fuq gebla qisha siggu li kien hemm mal-gemb tar-razzett u jien kont immur nehodlu l-imghazqa u ta tifel li kont kont noghod nipprova nghazaq il-ftit hamrija li kien hemm. Kien dejjem jghidli ."Isma mur oqghod bilqieghda u hallik mix-xoghol . Ghad ikollok zmien tbati qalbi .Hallih ghal kbar ix-xoghol".

    Comments

    Please wait...
    Sorry, the comment you entered is too long. Please shorten it.
    You didn't enter anything. Please try again.
    Sorry, we can't add your comment right now. Please try again later.
    To add a comment, you need permission from your parent. Ask for permission
    Your parent has turned off comments.
    Sorry, we can't delete your comment right now. Please try again later.
    You've exceeded the maximum number of comments that can be left in one day. Please try again in 24 hours.
    Your account has had the ability to leave comments disabled because our systems indicate that you may be spamming other users. If you believe that your account has been disabled in error please contact Windows Live support.
    Complete the security check below to finish leaving your comment.
    The characters you type in the security check must match the characters in the picture or audio.

    To add a comment, sign in with your Windows Live ID (if you use Hotmail, Messenger, or Xbox LIVE, you have a Windows Live ID). Sign in


    Don't have a Windows Live ID? Sign up

    Trackbacks

    The trackback URL for this entry is:
    http://josephciantar.spaces.live.com/blog/cns!2335BE4F3707776B!918.trak
    Weblogs that reference this entry
    • None