joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
|
3/10/2009 IN-NANNU KARMIn-nannu jien ftit niftakru nghid il-verita .Ghadda hafna zmien u ghalekk il-ftit memorji li kelli bdew jiccajpru.In-nannu Karm miet meta kelli xi seba snin. Kien ghadu mhux hazin ghaz-zmien li kellu u kien ghadu imur l-ghalqa jghin lil papa . Dak iz-zmien billi kien armel kien joqghod maz-zija Lorenza li kienet baqghet xebba. Darba minnhom kien mar l-ghalqa bhas-soltu u ghal habta ta nofsinhar gie mar id-dar bhas soltu biex jiekol.Iz-zija dak iz-zmien bhal hafna djar ohra kienet ghadha issajjar fuq l-ispiritiera tal-pitlorju .Kienu ghadhom ma dahlux il-cookers dak iz-zmien u nahseb li jekk kien hawn kienu jiswew hafna u iz-zija zgur li ma kelliex biex tixtri wiehed .Insomma jghidu li ix-xitan ma ghandux halib imma jghamel il-gbejniet. Gara li iz-zija kien spiccalha il-pitlorju u marret ghand wahda f'razzett ftit il-boghod biex tiddobba ftit min ghand wahda habiba. Din tatha ftit go flixkun tal-luminata u hi xhin marret id-dar imliet l-ispiritiera u halliet il-kumplament li kien baqgha gol flixkun fuq il-mejda fejn kienet qieghda issajjar. In-nannu x'hin gie id-dar kellu ghatx ta barri u kif ra dan il-flixkun tal-luminata qabdu ma halqu u f'nifs tefghu gewwa minajr ma induna li ma kienx luminata.Iz-zija dak il-hin ma kientx hemm u x'hin giet lura sabitu ma l-art ghax kien hassu hazin . Iz-zija ippruvat tghamel xi haga imma kien jidher li sejjer ghal aghar u marret malajr imwerwra, tghajjat lil papa li kien l-ghalqa u dak qabad il-karozza u harab isuq kemm jiflah lejn ir-rabat biex igib tabib .Dak iz-zmien ma kienx bhal lum ,ma tantx kien hawn tobba, u fuq kollox mid-dar sar-rabat dejjem ghandek ghoxrin minuta jew iktar .Sakemm mar sab it-tabib u giebu lura mieghu in-nannu kien qaleb ghal aghar u billi hadd ma kien ghadu induna li kien xorob il-pitlorju ,it-tabib haseb li kien xi attakk tal-qalb u minflok tah xi haga biex inaddaf l-istonku tah xi injection li kompliet bghatithu id-dinja l-ohra. X'hin iz-zija indunat li kien xorob il-pitlorju kien diga tard wisq.Fi zmien saghtejn kien mar fejn il-mulej . Fejn tobsor li kellu ihallina hekk kiesah u biered meta kien jidher ghadu daqshekk fuq tieghu.Kien xokk kbir ghal familja kollha u ghal dawk kollha li kienu joqghodu mad-dawra. Hekk kellu miktub fil-ktieb tad-destin . Dejjem niftakar jien meta kien jigi lura mil-ghalqa u kien joqghod bilqieghda fuq gebla qisha siggu li kien hemm mal-gemb tar-razzett u jien kont immur nehodlu l-imghazqa u ta tifel li kont kont noghod nipprova nghazaq il-ftit hamrija li kien hemm. Kien dejjem jghidli ."Isma mur oqghod bilqieghda u hallik mix-xoghol . Ghad ikollok zmien tbati qalbi .Hallih ghal kbar ix-xoghol". 2/13/2009 Darba wahda.Mela se nipprova li hawn nibda nikteb xi ftit memorji mil-passat. Nahseb li hemm hafna stejjer x'nistgha nirrakkonta imma ma nafx insibx il-hin u jekk jirnexxilix niktibhom b'mod li jkunu ftit interessanti biex wiehed ma jiddejjaqx jaqrahom. |
|
|