joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
7/19/2006 Gimgha waraGhaddiet gimgha mill mewt tal-papa' .Kienet gimgha iebsa hafna ghalija biss waqt il mumenti ta dwejjaq bdejt ingib quddiem ghajnejja l-imghoddi specjalment meta kont ghadni tifel u missieri kien jehodni mieghu ghal kacca .Ma tantx kont niehu gost inqum kmieni biss kif kien jghajjatli kont intir avolja kien ikun ghadhom l-erba ta filghodu.Dak iz-zmien kont mignun fuq il-kacca ta tfal li kont.Konna immorru l-irdum ta had-Dingli u ninzlu f'dak id-dlam jekk ma kienx ikun forsi id-dawl ta qamar. Meta kien jaqbad xi erga gamiemiet sewwa ghal xi nofs inhar konna immorru lura id-dar u kien itihom lil mama biex tintifhom u tghamilhom brodu.Il-gamiem kien qishom il-fniek tal-lum .Kienet ikla specjali u jien biss ma kontx nikolhom nghid il-verita avolja meta kbirt xorta kont immur ghal kacca imma qatt ma kilt gamiema f'hajti.Ghadni sal lum it-tjur ma nikolhomx.
Bdejt niftakar meta kelli xi hmistax il-sena u ridtu jghallimni insuq il-mutur u hu kien dejjem jghidli ha tikber naqra ohra.Kellu mutur ariel 350 li kien tal army fil-gwerra.Suspension minghajr molol kollox imwahhal sod.Tista tahseb kemm kien jaqbez iktar u iktar dak iz-zmien fejn konna noqghodu ahna kienet ghada tat-torba it-trieq u mimlija hofor u kultant issib xi blata gholja f'nofs it-trieq ukoll.Wara nofs siegha fuqu kont thossok qisek mort tirkeb iz-ziemel.Il-warrani kien jigik catt bhal ta'birkirkara.
Insomma darba wahda il-hadd kien mar ir-rabat ghal quddies u meta gie lura mort nigri fuqu qisni ghafrid. Pa tihuli ha nara nafx insuqu .Biss bhas soltu ma riedx ghal ewwel u kien sa jdahhlu fil-garaxx biss neqred min hawn u neqred min hemm fl-ahhar ceda. wow. Insomma ghamel xi hames minuti jurini kif indahhal il-gerijiet u tlajt fuqu u ippruvajt nitlaq biss l-ewwel darba ma tajtux gass bizzejjed u intefa u kien diga se jghidli hallih imma ergajt startjajt u bil mod tlaqt u f'daqqa wahda qisni kien ilni insuq xi sena.Baqgha iccassat biss ghalija ma tantx kien difficli billi kont insuq ir-rota qabel.
Niftakar li meta bdejt nahdem l-imgarr ma golu tal-muturi kien tahhuli biex immur ghax xoghol bih l-ARIEL u ghamilt xi sena u nofs bih.Kont irrangajtu jien billi kont incekkcek imma kien jghamel storbju tal-ghageb billi is-sajlenser ma kien fih xejn min gewwa u meta kont nghaddi mir-rahal kien igennen kull m'hemm.Kien zmien iehor .Ma kienx hemm ligijiet fuq l-istorbju.Jien aktar kont nghafsu .Kont nahseb li jien Agostini ta malta.
Wara xi sena b'hafna pacenzja ghax tajtu xi zewg qtajja ghal ewwel ,kien beda jghallimni insuq il-karozza avolja ma kellix l-eta u malajr tghallimt insuq dik ukoll.Kellna Austin tal-militar ukoll.Insomma dak iz-zmien ma tantx kien hemm ghazla ghax il-godda kienu jiswew hafna flus .Kella xorti kienet ittellgha erbghin mil fis-siegha u kollha cekcik .Il hin kollu tahseb li se jinqala xi haga minnha.biss dejjem qdietna .Tghidx kemm tiben u silla garret u anke kien imur bil-prodotti il pitkalija xi erba darbiet fil-gimgha.Dak iz-zmien ma tantx kien hawn karozzi u avolja it-toroq kienu orrur ma kienx hawn problemi ta traffik bhal lum u anqas pulizija ma tant kien ikun hawn u inqas kienu jghatu kaz.Jien xbajt immur imwassal il-mama il-quddies ir-rabat avolja ma kellix licenzja.Nahseb xi sentejn. Mur ghamilha illum meta issib warden wara kull kantuniera.
Memorji sbieh insomma .Memorji ta'zmien differenti.Missieri m'ghadux maghna biss dawn il-grajjiet helwin donnhom jergghu igibuh lura quddiem ghajnejja u nirringrazzja l-alla li kelli ic-cans ingawdih ghal hafna snin. 7/14/2006 TISLIMA LIL-PAPA'Il-hamis tlettax ta lulju.Ghal xi saghtejn neqsin kwart kulhadd ingabar hdejn il-kamra mortwarja tal-isptar san luqa biex nakkumpanjaw lil PAPA ghal ahhar vjagg tieghu fuq din id-dinja. Xi uhud minna fosthom jien dhalna fil-kamra biex narawh ghal ahhar darba . Il-mama dahlet ukoll u issorprendietni hafna nghid il-verita kemm kelllha kuragg.Qatt ma kont nohlom li se jkolla il-kuragg tarah hemm gew mindud got-tebut.Bkiet ftit biss nahseb li kont kommoss jien izjed minnha ghax ma flahtx fl-ahhar u ersaqt il-barra ghax kont ninfaqa nibki qisni tifel zghir.Huti l-ohra kollha bdew jibku.Iebsa li xi hadd li ghixt mieghu hajjtek kolla f'daqqa wahda tarah hemm quddiemek bla hajja u abjad karti mimdud go tebut.X'hajja din eh.
Fis saghtejn ezatt poggewh gol karru tal-mejtin u tlaqna kulhadd jakkumpanja bil-karozzi taghhom lejn ir-Rabat.pajjiz twelidu.Il-quddiesa bdiet ghal xi saghtejn u nofs .Kien hemm hafna nies forsi iktar milli stennejt jien billi missieri kien ragel ta ftit kliem u ma tantx kien johrog imkien.Dejjem l-ghalqa.Dik kienet is-santwarju tieghu,dejjem jara x'jivvinta hemm.Kien hemm hafna nies li jien inqas kont nafhom jew tant kien ili ma narahom li inqas gharafthom ghal ewwel.Kos hu x'ironija eh.Il-funeral ghaqqad lil kulhadd fosthom il-familja li rari konna niltaqghu kollha flimkien hekk.Min jaf missieri mis-sema x'kien qed jahseb jarana kollha hemm avolja okkazzjoni ta dwejjaq. Insomma dwejjaq u ferh fl-istess hin ghax taf li heles mid-dbatija ta din id-dinja u mar igawdi lil mulej fis-sema'.Min jaf kemm kien kuntent.
Wara li spiccat il-quddiesa kulhadd mexa wara it-tebut mil knisja ta'San Pawl ghal hdejn ta'Giezu u bqajna sejrin sac-cimiterju ta' Santa Margherita biex issir id-difna.Poggewh fin nofs fuq zewg strippi tal-hadid.Hafna min-nies specjalment dawn li huma ta gewwa gew sac-cimiterju u hemm ghidna l-ahhar talb flimkien.Ghal ftit hin regghu fethu it-tebut biex min ried jghati l-ahhar tislima.Is-skiet kont taqtghu b'sikkina dak il-hin .Kulhadd qabzitlu demgha jew tnejn u ghalija kienet vera iebsa biex inzomm u ma ninfaqax.Denise li sa dak il-hin ma tantx kienet bkiet infqghet tibki. Nispera li jibqghala memorja tieghu .Kienet bhal daqqa ta sikkina ghalija meta bdew inizzluh ghal taht l-art biex ipogguh f'postu.Nizzluh fil-qabar u kahhlu il-fetha u wara ghamlu il-fjuri fuqhu bil-mod waqt li hafna qalu xi talba zghir .Iebsa meta taf li dik hi l-ahhar darba li se tara lil dan il-bniedem li gabek fid dinja u ta hafna min hajtu ghalik u tak il-principji li fuqhom bnejt hajtek.Jien qatt ma nista nghid grazzi bizzejjed u forsi kultant ghandi rimors li ma gawdewtux bizzejjed meta kien f'sahhtu.Nittama li it-tfal tieghi ghad jghamlu l-istess il-quddiem. GRAZZI GANN. 7/12/2006 The endDad is no longer with us.My sister phoned this morning from st Luke's saying that he passed away around 4.00 this morning.It has just been over a month since he was admitted.All this last week he has been on a rollercoaster ride.One moment he is ok and then he gets worse and then again you go the next day and he is better again.Well you could see that he was quite bad .He still recognized whoever was around him but his speech was very hard to decipher so there was no comunication really,but his tired eyes told the whole story.I don't think he was in pain at least though in the last days he was finding it very hard to breath properly as he was all the time congested due to the infection he got while in the ward.He died a peaceful death.I thank god for that. It is very hard when you loose someone so close ,but life is like that .The end is inevitable one day and at least for my DAD it didn't come to soon plus we had time to prepare for the event .He was always a very healthy person and has worked hard all his life to the very end.He was a very quite person of not so many words but of very sound belief.He always kept himself busy and there was no break for him.He was always on the go come rain or shine. I believe that at this very moment while i am trying to scribble something here(i am really making an effort as my mind is numb) ,he is in heaven getting his well merited reward with god.When he looks down to his family down here on this earth i hope he is proud and he can see he has done a good job of it all. YOU WERE SPECIAL DAD. 7/9/2006 world cup finalFinally sunday 9 th and you know what eh.Today we have the final of the world cup and italy is there fighting for the big prize. I haven't written anything here about these finals as i have been so busy between work and going to and fro to hospital whenever i had a bit of time.I didn't follow all the games but at least i managed to see my favourite teams games.ITALY have managed to surprise me and suppose a lot of people as they have managed to make it to the finals.When you think about the big match fixing scandal taking centre stage in all the italian media at the moment this makes the event seem larger.The team seems to have bonded very well together and as time went by their game got better . What a game the semi finals with germany was. I think it was the best game of the tournament most probably better then the one with france beating brazil.
Any way tonight at 8.00 pm most people me included will be glued to the tv sets to watch the big game.I hope italy will lift the coveted cup.I am very positive that this will be the big day. FORZA ITALIA. |
|
|