joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    6/5/2007

    Kollox maqlub

    Kulhadd jghid li inqalbet id-dinja biss nahseb li is-sena vera qieghdin naraw dan jigri bil fatti. L-ewwel kwazi ma ghamlitx xitwa xejn. Jannar u frar u anke marzu rekords ta shana wiehed wara l iehor.Issa il-bierah sebah jum griz u bix-xita kontinwas kwazi u nizlet bil kbir eh. Mur obsor eh li f'gunju tghamel kwazi zewg pulzieri xita.Mhux halba xita wahda imma kwazi ghamel il-gurnata kollha niezla.

         Hafna postijiet specjalment madwar birkirkara u l imsida  ma stajtx tghaddi bl'ilma li kien hemm fit-toroq.Nghid il-verita it-toroq maltin ghadhom orrur meta tiftakar li dejjem jghajjtu li qieghdin jghamluhom ahjar.Kif tghamel daqxejn xita qawwija malajr niehdu risposta. Tal-misthija.Possibli ma hawnx xi professur li kapaci isolvi din il-problema darba ghal dejjem. Kif wara dawk il-flus kollha li intefqu l-Imsida xorta ghada tghereq mal-ewwel halba xita? Spjegawli nies. Hawn taht hawn ir-rapport ta l-orizzont ta dalghodu.Malajr tifhem kemm hi hazina is-sitwazzjoni.Meta se nitghallmu?

     

    L-Orizzont - It-Tlieta 5 ta' Gunju 2007
    Xita Rekord

    ' Minkejja li ghadna bil-kemm bdejna x-xahar, il-maltemp li ghamel fuq il-gzejjer Maltin il-bierah digà kien biz-zejjed biex inkiser ir-rekord ta’ kull zmien ghall-volum ta’ xita li qatt ghamlet f’Gunju.
    Wara l-maltempata ta’ fil-ghodu kienu digà tkejlu 43.6mm xita f’Bahar ic-Caghaq u 40.2mm ohra fin-Naxxar. Dan il-kejl wahdu kien jisboq kull volum iehor ta’ xita li qatt gie rregistrat f’xahar shih, matul Gunju, f’dawn l-ahhar 142 sena.
    Minn kemm ilha tinzamm din l-istatistika sa mill-1865, ir-rekord ta’ xita matul Gunju qabel kien dak ta’ 34.5mm li kienu tkejlu fl-1915. Bix-xita li ghamlet ukoll fi tmiem il-gimgha t-total li kien tkejjel sal-bierah fil-ghodu kien digà lahaq is-57.2mm f’Bahar ic-Caghaq u 53 mm fin-Naxxar.
    Ghaldaqstant, bil-maltempata li segwiet wara nofs in-nhar u billi mhux eskluz li jerga’ jkollna xi granet ohrajn bix-xita aktar tard dan ix-xahar, ir-rekord registrat f’Gunju ta’ din is-sena mistenni jkun oghla.
    Il-maltemp tal-bierah kien ikkawzat minn sistema ta’ pressjoni baxxa li nfirxet fuq ic-centru tal-Mediterran, li gabet maghha arja relattivament friska fuq bahar shun u holqot instabilità b’hafna shab u xita qawwija. Dan kien ezatt dak li gara fuq Ruma l-Hadd fil-ghodu.
    Ghalkemm dan il-maltemp ma jistax jigi attribwit ghat-tibdil fil-klima, huwa fatt li klima aktar shuna u bahar b’temperatura oghla jwasslu ghal volumi akbar ta’ xita min-normal waqt maltempati li jkunu barra minn zmienhom. Sadanittant, aktar maltempati simili qeghdin ikunu mbassrin ghal matul dan is-sajf.
    Kif jigri dejjem ix-xita qawwija holqot gharghar f’lokalitajiet li soltu jkunu milqutin minn din il-problema bhalma huma Hal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, Burmarrad u Bahar ic-Caghaq. Ghalkemm ma kinux rapportati incidenti serji, il-gurnata kienet wahda mpennjattiva hafna ghall-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li ssejhu biex jassistu diversi nies f’dawn l-inhawi wara li nqabdu fil-vetturi taghhom jew inkella minhabba l-ilmijiet li dahlulhom fi djarhom.
    '