joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    5/11/2006

    Bla sens

    Xi haga li jien dejjem qatt ma stajt nifhem matul hajjti hija ir-raguni li ghalija hawn din it-tbatija kolla fid-dinja. Qatt ma stajt nifhem x’gid qieghdin niehdu min din it-tbatija u l-ingustizzji li hawn fid-dinja.Dan l-ahhar kont qieghed nisma tahdita fuq ir-radju min qassis u wiehed cempel u staqsih “Ghaliex meta alla li hu missierna u ihobbna bhala uliedu ihalli din it-tbatija kollha ? X’inhu is-sens ta din it-tbatija? Tistgha tghid li kulfejn thares tara u tmiss tbatija u ingustizzji ta kull tip.Nahseb li kollu tort tal-bniedem ghax egoist f’kull ma jghamel.Hu biss . Jien nghid li hu aghar min hekk ghax il-bniedem mhux talli jahseb biss fih innifsu imma dejjem jara kif jghamel biex jghamel hsara lil haddiehor.Kulhadd igerger kontra haddiehor biss hadd ma jirrejalizza li il-bniedem stess qieghed ikompli ikisser u jahtaf u hafna drabi dan isir f’isem il-liberta u id-demokrazija. Min hu sinjur dejjem jara kif jahqar lil min hu fqir ghax dan ma jistax jirrejagixxi.Is-sinjur jghasar bhal lumija lil haddiema tieghu u ihallashom bis-soldi. U dan min tahhulu dan id-dritt. Il-flus eh. L-istess il-pajjizi sinjuri dejjem jaraw kif se izommu il-kontroll tal pajjizi il-fqar u jaraw kif se jehdulhom dak il-ftit li ghandhom biex imbghad min fuq taparsi jibghatulom l-ghajnuna,ituhom naqra lura min dak li ikunu hadulhom qabel.Tal misthija.Min ta il-permess lil amerikani imorru l-iraq biex taparsi jehilsuhom min tirann li jien nahseb li setghu jehilsu minnu mod iehor.Kien hemm bzonn li imorru ikissrulhom pajjizhom f’isem id-demokrazija u il-liberta? Marru ghax kienu jafu li se jithallsu permezz taz-zejt li ghandu dan il-pajjiz. Mur ara ftit kemm mietu nies issa kemm ilhom hemm l-amerikani. Nahseb li f’sena wahda qatlu iktar milli qatel saddam kemm kien ili imexxi . L istess mohqrija u hdura li akkuzawh bihom qabel issa qieghdin jghamluhom huma biss issa f’isem il-liberta. Ma nitghallmu qatt ahna. Kemm mietu nies fit-tieni gwerra dinjija u kemm iggassajaw lhud..Kemm mohqrija u tbatija. X’hadna min dan kollu billi ghadna taparsi infakkru dawn id-dizgrazzji.Ma tantx ghadda zmien li gol jugoslavia ghamilna l-istess affarijiet u dan illum fis-seklu 21 u hadd ma refgha sebghu biex forsi jieqfu iktar malajr jew ma kienet issir xejn din il-gwerra inutli u bla sens;Ghad xi darba nitghallmu xi haga tghid. Ghad il-bniedem jieqaf jahqar lil ghajru.?Ghandi dubbji serji..Meta se tieqaf din it-tbatija?
    5/5/2006

    Min jaf???

    X’tahwid u konfuzjoni go mohhi dalghodu.Inhoss mohhi qiesu wiehed min dawk l-arloggi kbar antiki b’hafna roti kolla imhabblin flimkien u daqqa iduru naha u daqqa ohra. Bdejt nahseb fuq miljun haga biss mohhi beda jaqbez min hsieb ghal iehor kull ftit sekondi qisu qieghed jibza jahseb izzejjed fuq l istess suggett. Nghid il verita ma tantx kelli aptit inqum mis-sodda u tghidx kemm domt indur min naha ghal ohra It-temp ikrah ukoll rih isfel u qisu gejja ix-xita u anke ir-rih ghaddej mhux hazin.L-unika konsolazzjoni kienet li qghadt nisma l-album ta Ligabue ,NOME E COGNOME.Vera album bis-sens .Nghid il-verita jien ma tantx toghgobni il-muzika tal-lum biss dan wiehed mil-ftit li vera laqatni. Insomma dalghodu tnehhi dan wahda min dawk il-granet li jibdew grizi u taf li hekk se tispicca ukoll.Naf li ghandi hafna x’nghamel illum u x’aktarx nispicca ma nghamel xejn. Is-soltu glieda interna .Tghid nghamlu jew inhallih ghal ghada. Haga ohra li kompliet tghin nahseb hi li il-lejla xoghol u ma tantx niehu gost inkun xoghol filghaxija meta inkun off fighodu.Dik li immur u irrid nibda f’nofs il-gurnata nara kerha wisq. Xi dwejjaq . Igri jghaddi illum.Meta inkun hekk qisu ikolli xi haga bhal gebla kbira gol istonku li ma tkun trid tinqala b’xejn.Mohhi inhossu qisu bhal mixer kbir mimli hsibijiet imhawwdin li ma jghamlux sens u li iktar ma nahseb iktar jidhru jithawwdu u isiru iktar difficli.Ma nafx hux jien biss jigrili hekk biss jien fuqi nista nitkellem eh.Nispicca nahseb fuq l-imghoddi .Fuq dak li ghamilt u dak li m’ghamiltx.Min jaf eh . Forsi stajt ghamilt hafna izjed u ghamiltu ahjar.Tghid ahna ghandna kontroll fuq dak li jigri f’hajjitna jew kollox ikun ippjanat min meta nitwieldu?Inhoss li jien ghamilt hafna zbalji li stajt ma ghamiltx b’naqra iktar hsieb .Forsi stajt kont iktar gellied meta kelli ragun u mhux ghalaqt ghajnejja biex ma naqlax gwerra.Forsi illum qieghed hafna ahjar u mhux kuljum qisni niggieled mal hajja u ma nafx x’se jigri ghada.Wahda mill-affarijiet li min dejjem inhoss go fiha hi li qatt ma kont ambizzjuz bizzejjed skond jien. Meta nara nies ohra li imxew fil hajja minghajr ma kienu vera kapaci nibda insaqsi lili innifsi imma jien ghaliex ma wasaltx s’hemm ukoll jew izjed?Kif dawn l-individwi ghandom jobs li jaqghalu l’eluf ta liri ?U hemm tigi id-dilemma eh .x’zammni lili?Ma kienx hemm dik ix-xewqa go fija li nasal akkost ta kollox . Qatt ma kont ambizzjuz daqshekk u hafna drabi qghadt lura milli inkisser lil haddiehor biex tghaddi tieghi u biex forsi noqghod narah jinharaq min gewwa.Biss hawn min ma jghatix kaz u jghaddi bhal makna taz zrar min fuq kollox u kulhadd basta jitla hu il-fuq.Nahseb li hemm hi id-differenza.Qabel il-bierah kont qieghed nara programm fuq ir-rai fejn kien hemm intervista ma Renato zero.Kien interessanti hafna specjalment meta beda jitkellem fuq is sinifikat tal hajja taghna hawn fuq din l-art.Naqbel mieghu meta jghid li kulhadd ghandu pjan ghal hajtu min meta jitwieled.Jien nahseb li qieghed f’nofs il-pjan. Min jaf x’imiss issa ???