joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    4/20/2009

    L-ghaks tal-gwerra

    Kienet ila sejra xi tlett snin il-gwerra u kien waqgha ghaks kbir fuq Malta. Hafna min nies li kienu joqghodu madwar il-port il-kbir kienu spiccaw bla dar u diversi minnhom kienu marru joqghodu f’xi inhawi ohra ta malta bhal ma kien had-Dingli li ma tantx kien intlaqat mil-bumbardamenti tal-ghadu li kienu isiru kwazi ta kuljum.Had-dingli kien spicca mimli refugjati specjalment mil-kottonera u madwar. Hafna mid-dinglin li kienu bdiewa ghalhekk kienu xi ftit iffortunati. l-ewwelnett ghax ma tantx intlaqtu u it-tieni ghax billi kienu ikabbru hafna mil ftit frott u haxix li kien hawn allura ma tantx batew il-guh.Hafna drabi forsi gawdew ukoll ghax kienu ibieghu kollox bil-blackmarket u kienu idahhlu iktar tieghu billi mhux lakemm kont issib ikel sura ta nies.

        Il-gvern ingliz ta dak iz-zmien kien hareg ordni li hadd ma setgha ibiegh il-prodotti tieghu privatament. Kienu irid kollox jghaddi min idejn il-gvern ,u kien hemm pieni ta habs ghal min jinqabad ibiegh xi haga imma taf int xorta kienu jissugraw u missieri jghid li darba kienu gew xi nies li tghidx kemm talbuh bil-hniena biex itihom xi ftit patata u ghal ewwel ma riedx ghax ma riedx jghamel xi jumejn il-habs.Tant damu dawn jitkarrbu li ma kellhom xejn x’jieklu li fl-ahhar henn ghalihom u mar gabilhom gewlaq patata,imma ix-xitan ma ghandux halib u jghamel il-gbejniet jghidu.Min naha l-ohra tal-wied fejn hemm ir-razzett tal-fuli f’daqqa wahda tfacca ragel li beda jghajjat u ixejjer idejh u nghid il-verita dawk inhasdu specjalment missieri li qatt ma stenna li se jaqbduh kiesah u biered .Dawk li xtraw il-patata kellhom il-karozza qrib u ghabbew il-patata u harbu lejn had-dingli u sadattant ir-ragel l-iehor kellu jaqsam il-wied u billi kien hemm naqra l’boghod ma lahaqx rahom sejrin u allura ma setghax ikun jaf  minhuma. Insomma dan ir-ragel gie l-ghalqa fejn kien missieri u beda jargumenta mieghu li rah ibiegh il-patata u beda jheddu li jew  itih xkora ohra lilu jew jirrappurtah. Missieri billi ma kienx jafu beza li kien xi spettur tal-gvern u ma tahx patata u dlonk dak telaq lejn had-Dingli u mar irrappurtah li kien qieghed ibiegh bil-mohbi. Wara xi satghejn gew zewg pulizija u hadu mieghu l-ghassa ta had-Dingli u bhal hmar ghamel lejl maqful l-ghassa fuq gewlaq patata.Insomma spicca ressquh quddiem il-magistrat akkuzat li biegh bil-blackmarket imma kien iffortunat ghax dak ir-ragel billi ma kienx lahaq jasal fil-qrib ma kienx mija fil-mija li vera missieri kien tahom il-patata. Min naha l-ohra missieri kien imwerwer li jghamel xi sitt xhur gewwa u kien halef li mhux vera u anke li lil dawk in-nies  qatt ma kien rahom b’ghajnejh u ma kienx jafom. Allura kienet il-kelma tieghu kontra ta l-iehor u spicca helisha hafif. Kien zmien iehor.