joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    4/21/2006

    Liberta

    Illum wara nofs inhar mort nimxi mixja bhas soltu u gbidt ghan naha tal-bidnija.Kien ili daqxejn issa ma immur nimxi dik in-naha.Nghid il-verita bqajt sorpriz naqra ghax xhin hrigt kien waqaf ir-rih ghal kollox.Sa nofs inhar kien ghadu jonfoh mhux hazin.Insomma temp sabih li jghidlek biex timxi.Meta wasalt hdejn il-victoria lines vicin il-barriera tal-qawwi li hemm bdejt nara il-veduta tal-bidnija u in-naha ta burmarrad.Vera gabitli sens ta xi haga specjali .Paci min gewwa . Kullimkien qisu tapit ahdar taqta il-muntanja tal-maghtab u bugibba u fuq in-naha l-ohra lejn iz-zebbiegh dik ix-xemx hamra u il-ftit shab irqieq qishom velu ta kulur ahmar fis-sema.Hekk ma nafx x’gara imma qisni qatt ma rajt xena bhal din u waqaft u poggejt bilqieghda fuq hajt baxx u qadt ingawdi din ix-xena .Ghamilt xi ghoxin minuta hemm qisni statwa tal-melh .Is-sens ta kalma jew ewforija li hakimni ma nistax niddiskrivih . Jien min dejjem kont inhobb hafna nimxi fil-kampanja.M’hemm xejn iktar rilassanti biex nehles ghal ftit hin min dawk il-problemi ta kuljum li jtappnulek mohhok u igeghluk thossok indejjaq u bla sahha.Jien twelidt u ghixt f’post imdawwar bil-kampanja u nahseb li ghalekk din hi parti shiha minni.Hi parti min ruhi .Xi haga li jien stess ma nistax niddeskrivi biss naf li qieghda hemm u kultant din hi iktar b’sahhita minni.Inhobb il-liberta tal ftuh ,tan nuqqas tal-gheluq li jikkawza il-bini u l-istorbju tan nies u tal-karozzi li hemm fir-rahal.Il-liberta min nies li wiehed irid ihabbat wiccu maghha kuljum.Il-liberta li thossok wahdek mieghek innifsek ,li hadd ma jipprova jindahal ,hadd ma jghidlek x’tghamel. Meta nghamel zmien gewwa anke jekk mhux id-dar jibdew telghin in-nervi.Nibda inhossni qisni maghluq go gagga u iktar ma jghaddi il-hin qisu tfaqqa molla go fiha li tibda tinbuttani biex nohrog fil-berah il-boghod mill erba hitan li idawruni li inhossom jafsuni bejniethom iktar ma jghaddi il-hin. X’imkien li hu fil miftuh.X’imkien fil kampanja jew forsi hdejn il-bahar .Nista naghmel sieghat x’imkien hdejn il-bahar inhares lejn il mewg ihabbat mal blat jew nosserva xi daghjsa jew vapur ibahhar bejn sema u ilma sakemm jghib fil-boghod.Basta mhux gewwa. L-ideja li nghaddi zmien twil gewwa twerwirni lili.Ma nistax nifhem kif bniedem jista jispicca il-habs u jghamel xi ghoxrin sena hemm gew u jibqgha ma jiggenninx.Qisu annimal go gagga.