joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
2/28/2007 Arja gdidaGhandna isqof gdid. Tghiduli iddum ma tqum eh. Diga ilu xi xahar.Qieghed nikteb issa ghax qabel ma kont naf xejn fuqu u normalment fiz zminijiet ta qabel il-bidla ta l-isqof ma kienet tfisser kwazi xejn sa fejn naf jien. Kien jitlaq wiehed u jitla iehor u xejn ma jinbidel ghax skont jien it-tmexxija vera ma issirx mill-isqof imma min dawk ta madwaru li hafna drabi kienu jissoffokaw dawk l-idejat tal-isqof li forsi ikunu daqxejn mhux tas-soltu ghalihom.. Kellna isqof qabel li kien maqtugh min-nies u ta ftit kliem. Min dak li rajt s’issa jidher li hemm rih gdid qawwi iktar milli kien hemm qabel biex l-isqof jersaq lejn il-poplu li qieghed hemm biex imexxi.Jidher li hafna mill-maltin jahsbuha bhali fuq din. Hemm entuzjazmu kbir fuq dan il-bniedem min kull sfera tal-poplu ghax jidher li hu vera bniedem semplici imma fl’istess hin intelligenti.Ghamel l-almu tieghu biex jersaq lejn in-nies komuni b’dik it-tbissima tieghu .Nispera li issa ma tergghax tinbidel l-istorja u jinghalaq go bozza fejn jisma dak biss li ikunu iriduh jisma ta madwaru. Nahseb li hafna min nies telqu lil knisja ghax kienu ihossu li din waqt li tghallem mod kienet tghamel mod iehor.Kien hemm hafna ghanqbut u idejat antikwati. Ma inhix nghid li it-tghalim ta kristu ghandna nibdluh biss inhoss li ghandu jigi mghallem b’mod li hu relevanti ghal lum,ghad dinja moderna li qieghdin nghixu fiha.Kristu twieled u ghex fil-faqar hajtu kollha, biss illum il-knisja li waqqaf hu saret iktar mohha fix-xinxilli u il-flus milli f’dak li vera hu importanti ghal bniedem. Hafna drabi minflok li kienet tilqa fi hdana lil min jizbalja kienet tkun pronta tohrog tikkundanna lil dak li jkun.Kristu ghallem li dawn suppost li jhallu id-disa u disghin naghga u imorru ifittxu dik il-mitlufa.Hawn hafna nies li qieghdin ibatu f’dan il-pajjiz zghir taghna u nahseb li il-knisja tista tghamel sforz ikbar biex tghin lil dawn in-nies mhux billi tikkundannahom imma billi tilqahhom fi hdana u tipprova tifhimhom u turihom bil kelma it-tajba fejn dawn jistghu ibiddlu biex jirrangaw hajjithom.Haga ohra li irrid nghid hi li forsi hafna drabi il-knisja donna anke tibza titkellem car fuq problemi socjali li hawn fis-socjeta taghna.Jistgha ikun li dan hu ir-rizultat ta dak li gara fis sittinijiet jigifieri li il-knisja indahlet fil politka b'ruhha u gisimha haga li nahseb li illum kulhadd jaqbel li kien zball. Biss issa ma irridux immorru in-naha l-ohra u inzommu halqna maghluq li ma immorrux nurtaw lil xi hadd importanti.Il-knisja ghanda tkun id-difensur numru wiehed meta tara li il-politici qieghdin jghamlu affarijiet ingusti ma dawk in-nies li qieghdin isfel fis-socjeta u li ma jistghux jiddefendu lilhom infushom. Kienet mossa tajba tal-isqof il-gdid li mar izur liz-zaghzagh go paceville il-post li hu meqjus min hafna li hu it-telfien ta dawn l-istess zaghzagh.Jien inhoss li hafna drabi il-verita hi li iz-zaghzagh telqu lil knisja ghax ihossu li din mhix interessata fihom l-anqas.Ihossu li mhix lesta biex tinsel fil-livell taghhom u tipprova tifhimhom.It-tama tieghi issa imma hi dan jibqgha isir regulari u mhux kif jghaddu ftit xhur kollox imut fuq ommu .M’ghandi l-ebda dubju li xorta mhux se jikkonverti lil kulhadd imma ta l-inqas jidher li qieghed jghamel sforz ikbar milli sar qabel biex idahhal ftit arja gdida.. Keep it up. |
|
|