joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
12/9/2006 Hemm xi haga?Kultant noqghod nahseb ftit . Min jaf eh meta immutu x’se jigri minnha Suppost li immorru x’imkien iehor li ahna nghidulu il -genna.Dejjem ghallmuna li dan huwa dak il-post fejn kulhadd kuntent u ma jkun jonqosna xejn.Il-bicca il-kbira ta dawk li jemmnu jghamlu mill-ahjar biex jghixu tajjeb biex forsi fl’ahhar jiehdu dan il premju tant ambit.Kultant dak li jkun jghamel kull sagrificcju biex jipprova jghix b’mod tajjeb u li ma jwegga lil hadd. Il mistoqsija f’mohhi hi jekk hux vera jezisti dan il post u jekk hux vera li dan ghandu il-forma li nahsbu li ghandu ahna .Il-mohh tal bniedem ghandu limitazzjonijiet kbar kif jara u jifhem l-affarijiet ta madwaru.S’issa ghadu qatt ma gie xi hadd lura biex forsi jghatina xi hjiel li din vera tezisti.Dejjem jghidu li jekk temmen jew temmen kollox jew xejn.Jien dejjem nghid li nemmen imma xorta ghandi hafna mistoqsijiet .Tinkwetani din li wara din it tbatija kollha f’din id dinja immut u insib li min dak li kienu jghallmuni ma hemm xejn u spicca kollox ,jitfghuk go hofra u zewg paliet trab u amen..Fil fatt inqas ninduna tistgha tghid eh jekk ikun vera spicca kollox ghax kif jieqaf il-mohh jieqaf kollox ghalija. Jekk hemm xi hadd li gieli hassu hazin bhalma gieli grali jien jaf x’qieghed nghid. Kif tigi f’tieghek tibda issaqsi x’gara u ma thoss xejn inqas dak il-hin. Nghid ghalija kieku ma tantx inkun ferhan.Min jaf kemm forsi qadt lura milli nghamel certu affarijiet u nahseb hafna nies ohra ghamlu l istess eh. Kemm granet ghamilt immahhah u ninkwieta fuq affarijiet li inkun ghamilt ,jekk weggajtx lil xi hadd jew jekk ghamiltx sewwa jew le .Jekk inhix nimxi skont it tghalim . Kultant jigini is -suspett li jista ikun li ghallmuna certu affarijiet biex izommuna kwieti u mansi bhan- nghag biex dawk ta fuq li ghandom il poter ikunu jistghu jghamlu li jridu u ahna in nies komuni bhal boloh insegwu u nghamlu li jriduna huma. Naf li mhux dejjem kulhadd qaghad kwiet u saru rivuluzzjonijiet biex in nies komuni jiehdu id drittijiet imma ghandi dubji jekk ir rizultat kienx dak mixtieq fl- ahhar mill -ahhar.Min kien fil qiegh xorta baqa fil qiegh. Id-differenza kienet biss li inbidlu il-hallelin u kollox baqgha l-istess . U dan hafna drabi f’isem it twemmin. Tghid........ |
|
|