joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    11/30/2006

    Min jaf

    Mamma mia kemm ilni ma nikteb hawn.M’ghadnix insib fuq hiex nikteb dan l-ahhar .Kemm il darba inpoggi hawn bilqieghda fuq dan is-siggu u kull darba nghamel hawn xi ghoxrin minuta nhewden fuq xiex se nikteb . Kull darba nibda nikteb u wara ftit nerga inhassar kollox u nerga nibda imma ghalxejn. Nibda nara li mhux nghamel sens u dak li qieghed nikteb m’inhix inhossu go fiha .Jien biex nikteb irrid inhossu min gewwa.                                                                   Dan l-ahhar ma tantx kont ghaddej min zmien tajjeb .Ghaddej min perjodu li ma nafx fejn qieghed kollox kulur griz jew izjed joqrob lejn l-iswed tistgha tghid. Forsi min jaqra hawn jghidli “isma mhux dejjem hekk tghid”. Le bhalissa hemm xi haga differeti min ta qabel. Hafna affarijiet mghadhomx jghamlu sens fil- hajja ta kuljum .Hafna nervi ghal ebda raguni li nista nispjega jien . Hafna drabi nixtieq li kelli wahda min dawk il-punching bagx tal-boxing imdendla x’imkien ghax kieku tghidx kemm naqlaghlha forsi nikkalma ftit eh. Fejn jien dejjem posittiv in generali issa kollox jidher iswed. Minhix nghid li inhossni hekk il-gurnata kolla u il-hin kollu.Alla hares ghax kieku vera niggennen.Ix-xoghol konna kwieti hafna u hadt xi ftit granet leave biex forsi niehu naqra break mil-hajja ta kuljum.Nipprova nahrab ftit min- nies li is-soltu il-hin kollu nahbat maghhom .Fl-istess hin ridt inbajjad naqra il-kamra tal-bejt u l-opramorta biss kelli hafna hin ghalija ukoll. Hafna hin biex nahseb u nikkontempla dak kollu li ghaddej minnu bhalissa.Kultant qisu ghandi gebla tghafas fuq l-istonku . Ma nistax nifhem lili innifsi bhalissa.Marli ghal kollox il-gost li nghamel xi haga differenti u anke l-affarijiet stupidi ta kuljum hafna drabi irrid nghamel sforz kbir biex nghamilhom. X’hemm nieqes bhalissa f’hajti? X’irrid? Vera inhossni imhawwad.Nibqa iccassat meta nara nies ohra qishom mhux huma jigri x’jigri .Kif tista ma tahsibx fuq dawn l-affarijiet specjalment meta ikunu gejjin min gewwa. Emozzjonijiet li taf li qieghdin hemm gejjin mill intern imma ma tafx kif u ghaliex jezistu. Ma nafx minfejn se nibda. Sa fejn naf jien qatt ma hassejtni daqshekk mitluf f’hajti ghax fir-rejalta ma nafx il-vera raguni ghal dan kollu. Nixtieq li nista nifhem ftit aktar.                                                                    Jistgha jkun li il-hajja wahdi qieghda tghafasni min gewwa. Ma nafx x’naqbad nghid ghax dejjem kont kuntent mieghi innifsi .M’inhix wiehed li irrid indawwar lili innifsi bil-hbieb biex nghix.Anzi meta ikun hemm xi hadd qrib hafna kultant jibda idejjaqni ghax inhoss li qieghed jidholli fl-ispazju tieghi. Nahseb li hafna drabi kif jghidu eh .Meta ikollok il-kumpanija hafna drabi tipprova issib ftit spazju ghalik biss meta ma ikollok hadd imbghad kollox jinqaleb u tibda thoss il-bzonn tal-kumpanija . Thoss in-nuqqas ta xi hadd ma min taqsam il-hajja ta kuljum b’kull haga stupida li tigri ma tul il-jum. Min jaf?