joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore Tools Help

Blog


    10/21/2007

    X'DINJA DIN

    X'dinja din eh. Kultant donnu kull ma tghamel jibda jigi hazin u iktar ma tisforza iktar jibda jaqgha kollox. Qisu ghandek xi haga mibnija tal lego u f'daqqa wahda tibda tizzarma u iktar ma tghamel sforz biex tipprova izzomma tibda iktar kollox jizzarma u iktar ma tiddispra iktar tkompli tkisser dak li jkun baqgha.Bhalissa ghaddej min wiehed min dawn il mumenti koroh tal-hajja li nispera li ma jdumx ma jghaddi .Kultant nibda naqtgha qalbi mil hajja u insaqsi bejni u bejn ruhhi imma jien x'qieghed nghamel hawn.Jien dejjem kont posittiv imma bhalissa vera ma nista nara xejn posittiv fil-hajja.  Kif ma tistax tigi wahda tajba? Nghid wahda jien dejjem ippruvajt nghamel mill-ahjar biex nghix sew u nimxi mal-principji li nemmen fihom u hafna drabi nibda niddubita jekk tahdimx din.Wahda mill-affarijiet li vera nemmen bis-serjeta hi li iz-zejt dejjem jitla f'wicc l-ilma biss mhux meta irridu ahna .Nispera li ma jkollix inbiddel fhemti xi darba fuq din.

          It-tfal iktar ma inhobbom iktar donnhom jitbieghdu u ghalihom qisu ma nezistix hlief biex intihom il-flus u biex immur inwassalhom x'imkien,hafna drabi specjalment it-tifel anke ikolli immur meta jista imur b'tal-linja.Iktar ma nipprova iktar donnhom jitbieghdu . N af li bhalissa dawn ghaddejjin min eta naqra difficli imma xorta nittama li jghatu ftit kaz ta dak li nghamel ghalihom.It-tifel anke biex jistudja qisek qieghed tghidlu mur aqbez min fuq l-irdum ta had dingli. Hsiebu biex jilghab il games fuq il-computer u daqshekk.Dik hi id-dinja tieghu.Meta se jirrejalizza li id-dinja differenti u iktar difficli.

         Fuq ix-xoghol bhalissa l-istess . L-imghallem fettillu jibdel is-sistema tax-xoghol kollha ghax skond hu mhux jaqla bizzejjed .Allura naqqas l-istaff imma dejjem kif jghid hu u bla ebda kunsiderazzjoni ta hadd. Naqqas inqas min nofs li kien hemm u kulhadd igerger u x'tghamel meta jien inhoss li dan mhux ragonevoli.Kif se tispjega lil haddiema. Ghal imghallem ok eh ghax jghidlek min ma jridx jitlaq. Daqshekk ihabbel mohhu eh. Ghax ma jigix jghamel gimgha maghna u jara kemm jiehu gost bhalissa.Jekk ihoss li mhux sejjer tajjeb messu jara ghaliex u mhux iwahhal fil-haddiema left right and centre.Il-prezz hu ghamlu allura hu ha zball fil-kontijiet .Jgholli il-prezz biex ta l inqas ma jitlifx mhux jippretendi li kulhadd irid jghamel id-doppju tax-xoghol.Haddiema li kien ilhom maghna diversi snin telqghu ghax ma felhux jissapportu.Ix-xoghol isir imma kif qieghed isir ghidli .X'jimpurtah hu .L-aqwa li tghaddi tieghu eh. Bhalissa qieghed immur ghax xoghol qisni sejjer il-habs u kuljum ghandi balla fuq l'istonku fiha daqs kantun tal-ghaxra.Immur id-dar fil-break u ma nafx kif ha nispjega din imma ikun ihossni qisni tajer li hargitlu l-arja f'daqqa wahda.Ma jkolli aptit nghamel xejn u vera xejn eh.X'dinja din.