joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
10/31/2006 IL HAJJATisma hafna nies illum igergru li il-hajja tal-lum marret ghal aghar meta tqabbilha ma ta tletin sena ilu.Isemmu hafna ragunijiet fosthom li illum kollox sar mhux xejn.Tfajliet u guvintur kullhadd jigri ma dak u ma l-iehor .Imorru paceville u postijiet ohrajn alla jaf meta jigu lura id-dar. Hafna drabi tkun tielgha ix-xemx.Donnu hadd ma baqghalu rispett ghal hadd u ghal xejn.Anke il-familja donna ma ghadiex tezisti .Hafna drabi il-genituri it-tnejn jahdmu u kwazi inqas jiltaqghu id-dar u ma tantx iqattghu hin mat-tfal inqas ghax hafna mil hin xi hadd minnhom ikun ix-xoghol .
Tghid vera li konna ahjar meta konna aghar .Nithawwad jien meta nara certu affarijiet jigru quddiemi kuljum. Donnu iktar ma ghandna flus u kumditajjiet iktar kulhadd ma jafx fejn se jaghti rasu. Kulhadd qisu mignun sejjer min naha ghal ohra u donnu malli nieqfu daqxejn minflok nghidu ghal erwieh nibdew neqirdu li il-hajja tedjanti u inhossuna mitlufin.Minflok insarrfu il-liberta li ghanda f'kuntentizza iktar nghamlu buli.Kulhadd qisu ras maqtugha .Mur ara x'se jigri iktar il-quddiem meta il-hajja se issir iktar mghaggla .Kulhadd jibla il-kalmanti ghad nispiccaw. 10/1/2006 Il-hares tas-simblijaMeta kont zghir dejjem niftakar lil missieri isemmi l-erwieh u l-hares. Jien nghid il-verita kont naqbad nidhaq meta kien jibda jirrakkonta.Qatt ma emmint b'dawn l-affarijiet u sal-lum ghadni qatt ma rajt xejn li ma tistax tispjegah. Gieli immaginajt li rajt xi haga specjalment meta kont ghadni tifel u kont nibza fid-dlam.Haga tal-ghageb meta tibda tibzgha donnu l-immaginazzjoni iktar tibda tahdem u malajr tibda tara kull xorta ta mostri.Insomma missieri kien jahlef li jezistu u tantx kemm kien jinharaq meta xi hadd kien imerih.
Missieri twieled u ghix hajtu kollha fejn illum jghidulu is-simblija,iktar il-gewwa min had-dingli.Dak iz-zmien kien ftit wara il-gwerra u kien hawn hafna ghaks skond kif kien jghid hu.F'dawk l-inhawi inqas dawl elettriku ma kien hemm u dam ma gie sa meta kont tifel jien.Kienu disgha ahwa imma mhux kollha kienu id-dar ghax ftit minnhom kienu siefru l-awstralja .Ftit l-isfel mir-razzett kellhom kamra li go fiha kienu jahznu it-tiben ghall-annimali.Din il-kamra illum skond Dun Gwann Azzoppardi sabu li kienet kappella medjevali u illum din ma il-kumplament tar-razzett tinsab miftuha ghal pubbliku.Insomma billi kienu hafna ahwa u ma tantx kellhom wisgha fir-razzett missieri kien jghid li kienu imorru jorqdu go din il-kamra fuq it-tiben billi din kienet kennija u kien ikun hemm hafna shana.Maghhom kienu jiehdu lampa tal-pitrolju min dawk li kien ikun fiha mera fuq il-genb biex tirrifletti id-dawl u kienet tiddendel mal-hajt min forma ta frejm tal-fildiferru li kella.Din il-lampa kien ikun fiha il-pitrolju go fiha u minnha kienet titla ftila tad-drap li kienet tinxtghel u din kella qisu apparat bis-snien biex ittella u tnizzel il-ftila biex tghamel iktar dawl.Fuq kella tubu tal-hgieg biex jilqaghalha ir-rih u ma tintefiex.
Jghid li meta kienu imorru jorqdu hemm kienu inizzlu din il-lampa maghhom u idendluha mal-hajt biex iddawwal naqra il-kamra.Dak iz-zmien kienu jitilqghu kmieni hafna biex imorru bil-prodotti taghhom il-pitkalija birkirkara u billi kienu imorru bil-baghal u l-karettun kien ikollhom ibakkru u allura kien jispicca wiehed biss minnhom jorqod fil-kamra.U allura qisu hekk kien ikun jistenna il-hares ghax kif dak li jkun se jorqod fil-kamra kien ibaxxi id-dawl kien jibda gejj inhir qawwi min-naha ta'wara tal-kamra fejn kien hemm qisu toqba dejqa diehla gol-blat billi il-kamra kienet mibnija mal-genb tal-irdum.Kien inhir vera qawwi u barra li ibezzghek ma kienx ihallik torqod anke jekk ma tibzghax. Malli kienu jghollu id-dawl f'daqqa wahda kien jieqaf kollox.Kienu jispiccaw dejjem jorqdu bil-lampa tixghel full on.Donnu kien jibzgha mid-dawl dan il-hares.
Meta kont tifel jien kemm il-darba kont immur ma hija nittawlu go din it-toqba imma qatt ma rajna xejn. Forsi billi illum sabu li din kienet xi forma ta'kappella ,jista kien hemm xi hadd midfun hemmhekk.Min jaf eh?Tghid ghadu hemm illum? |
|
|