joseph's profileJUST THOUGHTS PhotosBlogGuestbookMore ![]() | Help |
|
1/17/2008 VjolenzaJiena dejjem insaqsi go fiha ghaliex din il-vjolenza kolla madwarna.Kulfejn wiehed ihares u specjalment fuq it-tv hlief vjolenza ma tarax .Sirt tara il-gwerra live fuq it tv gos-salott u dan minghajr qisu hadd ma jghati kaz.Hafna minna qishom qieghdin jaraw xi film,ghal ftit ma jithajrux icapcpu.Jien ma nemminx fic-censura imma imma meta nara l-atrocitajiet tal gwerra gos-salott ta dari f'kull bullettin ta l-ahbarijiet nibda nahseb mod iehor.Mhux sew li juruhom fuq it-tv specjalment meta dan jarah kulhadd specjalment it-tfal iz-zghar. Ara x'ezempju qieghdin intuhom. X'se niehdu billi naraw bniedem jew dak li baqgha minnu go hofra f'nofs ta triq u hafna nies innocenti mejtin madwaru. Hafna mit-tfal li telghin illum saru jahsbu li dik hi il-hajja normali ta kuljum. U xi nghidu ghal films gos-cinemas . Hlief sparar dmija, qtil u vjolenza ma tarax . Kollox f'isem ir-rejalta.Anke il-cartoons mimlija b'forma ta vjolenza u mohqrija mohbija,anke dawk li ghandom ftit taz-zmien bhal roadrunner u ohrajn biss tal-lum nahseb li huma aghar ghax iktar rejalistici f'kull dettal.Forsi tghidu dak cartoon ma jimpurtax li dejjem jaqla u qisu qatt ma gara xejn eh ghax jitfarfar wahda u iqum qisu mhux hu eh.Fil-hajja ta kuljum l-affarijiet mhumiex hekk. Mhux bizzejjed id-diffikultajiet u l-istress li jghix fih il-bniedem tal-lum. Ma dawn irid ikompli izid id-dosa ta vjolenza kulfejn iddawwar wiccek.Minflok juza mohhu biex jara kif jghamel il-hajja aktar facli dejjem jara kif jivvinta bombi u armamenti iktar b'sahhitom biex joqtol iktar nies u ifarrak dak kollu li jsib madwaru.Dawk il-ftit nies li juzaw mohhom biex jghamlu il-gid dejjem jigu mghotija il-genb ghax mhux cool . In-nies dejjem jigru wara ix-xewwiexa u dawk li jsahhnu l-irjus bhal ma kien hitler. Ara kemm mietu nies madwar l-ewropa kolla . Miljuni fuq miljuni u x'hadna barra l-ghaks u mard u qraba mejtin. Tghallimna xi haga? Xejn.....................................................Nispera li ma jkollniex ghalfejn nghaddu min gwerra ohra fi zmienna li ma tkunx fuq it-tv imma ta vera . Tghid jibqgha xi haga wara? |
|
|